Download:
  • Poster
  • Text
  •  


    Intro

    Kabbrek? jew Rikbek?

    Nisimghu hafna drabi dwar ix-xoghol, in-nuqqas ta' xoghol, kemm jehdilna hin minn hajjitna, u kemm kultant nixtiequ li ma jkollniex immorru ghax-xoghol!

    Jum il-Haddiem jasal kull sena. Lilek jaghmillek differenza Jum il-Haddiem? Ifakkrek f'xi haga?


    F'dinja fejn il-bilanc bejn ix-xoghol u r-rikreazzjoni jidher isir dejjem iktar difficli, xtaqna nistednuk thalli l-okkazjoni ta' Jum il-Haddiem tkun okkazjoni fejn INT tiehu r-riedni fuq dak li hu tieghek. Tiehu r-riedni fuq id-dmirijiet u responsabbiltajiet, tieghek sew jekk tahdem, thaddem jew jekk xoghol ghad m'ghandekx.

    Id-differenza taghmilha INT!


    Bhala Zghazagh Haddiema Nsara, l-metodu tar-revizjoni tal-Hajja jghinna nharsu b'oggettivita’ lejn dak li ghaddejjin minnu (ARA), inqabbluh mat-taghlim li joffrilna il-Vangelu biex nghixu aktar liberi u b'dinjitta`; (QIS) u niehdu inizzjattiva personali jew bhala grupp ta' nies biex nibdlu d-dinja ta' madwarna mqar bicca zghira ghall-ahjar (AGHMEL). Dawn il-ftit mistoqsijiet li gejjin ghandhom jghinuk tifhem din l-esperjenza ftit ahjar u jistednuk taghmilha esperjenza tieghek ukoll!


    Ara

  • Int tahdem, thaddem jew qieghed/qieghda?

  • Ix-xoghol jaghtik sodisfazzjon jew taghmlu ghax ta' bilfors biss?

  • Ghandek hin ghalik?...ghall-familja... ghall-hbieb?

  • Jew ikollok timla l-hin bis-sahra u/jew part-time?

    Jekk thaddem, taghti l-hlas gust lill-haddiema tieghek?

    Tfittex li barra il-qliegh tieghek tinghata d-dinjita` misthoqqa lil min qed jaghi il-hiliet u l-hidma tieghu ghal dan l-iskop?

    Jekk int qieghed/qieghda, qed taghmel hiltek biex issib xoghol?

    Tfittex li zzid il-hiliet tieghek biex izzid il-potenzjal ta' mpjieg?

    Min imantnik? Qed tkun gust mieghu/maghha?

    Kieku kellek fi ftit kliem tikteb x'inhi l-esperjenza ta' xoghol ghalik illum, x'tikteb?

    Qis

    LUQA 12; 22-34

    Mbaghad Gesu qal lid-dixxipli tiegHu: "Ghalhekk nghidilkom, tinkwetawx ruhkom ghall-hajja, x'se tieklu, anqas ghall-gisem, x'se tilbsu. Ghax il-hajja aqwa mill-ikel, u l-gisem aqwa mill-ilbies. 

    Harsu lejn ic-cawl; la jizra' u lanqas jahsad, la ghandu mhazen u lanqas kmamar fejn jerfa', u madankollu Alla jitimghu. Wisq aktar mit-tajr tiswew intom! U min minnkom, bl-inkwiet tieghu kollu se jsehhlu jtawwal ghomru mqar b'jum wiehed? Jekk mela anqas haga tassew ckejkna ma ghandkom hila taghmlu, ghaliex tinkwetaw ruhkom mill-bqija Araw il-gilji kif jikbru: u la jithabtu u lanqas jinsgu. 

    Nghidilkom li l-anqas Salamun, fil-glorja kollha tieghu, ma kien jilbes bhal wiehed minnhom. Mela jekk Alla jlibbes hekk imqar haxixa selvagga li llum hawn u ghada tinxtehet fil-forn, kemm aktar lilkom, nies ta' fidi ckejkna? Hekk ukoll intom, toqoghdux tfittxu x'se tieklu u x'se tixorbu, u xejn tithassbu; dawn kollha hwejjeg li jfittxuhom in-nies tad-dinja, u Missierkom jaf li tehtiguhom. 

    Fittxu mela s-Saltna tiegHu, u maghha mbaghad izidilkom dawn ukoll.

     



    SUGGERIMENTI TA' SILTIET OHRA

    Ghal min hu qieghed: 1Tim 4; 11-16
    Ghal min hu impjegat: Mattew 20, 1-16
    Ghal min ihaddem: Filemon 17-20
    Ghal min ihossu li x-xoghol rikbu: Luqa 10; 38-42
    Ghal min ihoss li x-xoghol kabbru: Luqa 3; 41-52

    Aghmel

    Meta thares lejn l-esperjenza tieghek (ir-risposti tas-sezzjoni ARA), u tqabbilhom mar-realta` proposta mill-Bibbja (dak li qrajt fis-sezzjoni QIS), Hemm differenza? Hemm konflitt?

    Jekk ir-risposta hija:

  • Le m'hemmx differenza u konflitt:-

  •  hu ftit minuti u ieqaf irringrazzja lil daK li permezz tan-nies ta' madwarek u tal-hajja li inti tghix dewqek biha mill-glorja tieghu f'din l-art.

    Ahseb ukoll f'dawk li jiffaccjaw ingustizzji relatati mad-dinja tax-xoghol u sib mod kif tghinhom, sabiex taqsam ir-rigal tieghek ma' l-ohrajn!br>
  • Iva hemm differenza u konflitt:-

  • Mela ahseb "X'nista'naghmel jien? Kif nista' nnaqqas id-differenza li hemm bejn dak li qed nghix u dak li jien imsejjah biex nghix mill-Kelma t'Alla"?

    Tista' tkun xi haga zghira li tista' tibdel fik, u tista' tkun xi haga li tixtieq titlob l-ghajnuna tal-familja/shabek fiha.

    Thallihiex ghal ghada! Ibda llum!

    Jekk tixtieq iktar ghajnuna jew tixtieq taqsam l-esperjenza tar-revizjoni tal-hajja ma' grupp ta' nies ta' mparek tista' tikkuntattjana. Ara kuntatti hawn taht